L-Eżekuttiv tal-PN jiddikjara fiduċja f’Delia

L-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddikjara fiduċja fil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia f’laqgħa li saret illejla fid-Dar Ċentrali.

Fi stqarrija qasira b’sentenza waħda, il-Partit Nazzjonalista li “b’mod unanimu” l-Eżekuttiv iddikjara l-appoġġ tiegħu lill-Kap Adrian Delia. Dan filwaqt li skont l-istqarrija, ikkundanna “bl-aktar mod kategoriku l-attakki kkordinati u malizzjużi li qed isiru kontra tiegħu u kontra l-partit”.

Din hija l-istess stqarrija li kkonkluda fuqha l-Amministrattiv aktar kmieni dan ix-xahar.

L-Amministrattiv jiddikjara fiduċja f’Delia

Kelliem għall-Partit Nazzjonalista qal ma’ Newsbook.com.mt li fil-laqgħa ġew approvati għadd ta’ kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kif ukoll ġiet diskussa l-kwistjoni tal-art li se tinbiegħ bi prezz baxx lill-grupp Corinthia qrib il-bajja ta’ San Ġorġ f’Pembroke.

Fis-7 ta’ Jannar li għadda, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN Mark Anthony Sammut qal ma’ Newsbook.com.mt li s-sitwazzjoni preżenti fil-partit tqanqal tħassib u li ilu li talab lis-Segretarju Ġenerali tal-PN għal laqgħa. Il-Membru Parlamentari u President tal-Kumitat Amministrattiv tal-PN David Stellini qal li hemm bżonn laqgħa urġenti.

Awdjo: “Ilni li tlabt lis-Segretarju Ġenerali għal laqgħa”

Wara jiem ta’ stennija, id-deputat parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ltaqgħu f’laqgħa li tlaqqgħet fi ftit sigħat nhar it-Tnejn li għadda fejn iddiskutaw l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Xi ntqal fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-PN?