L-eżamijiet tal-MCAST jistgħu jibdew isiru f’Għawdex

Il-Grupp Universitarji Għawdxin ħabbar li ċertu eżamijiet tal-MCAST jistgħu jibdew isiru f’Għawdex. Dan ġie mħabbar wara li l-GUG kellhom laqgħa mad-Direttur tal-MCAST ta’ Għawdex Godwin Grech u deputati prinċipal.

Fil-passat, il-GUG kienu kkordinaw mal-Università biex ħafna mill-eżamijiet jibdew isiru f’Għawdex.

Dr Cardona saħaq li mħux l-eżamijiet kollha jistgħu jsiru f’Għawdex minħabba li ċertu eżamijiet isiru ġewwa laboratorji u workshops. Huwa kompla jgħid li fejn hu possibli li l-eżamijiet se jsiru f’Għawdex.

L-istudenti jridu jinfurmaw lid-direttur tal-kors tagħhom ftit wara li jirċievu t-timetable tal-eżamijiet. L-eżamijiet jistgħu jsiru kemm waqt it-TCA u anke waqt is-synoptics.

Fi stqarrija mibgħuta lill-midja, il-GUG ħeġġew lill-istudenti Għawdxin biex jekk għandhom xi problema ikellmuhom.