L-eżami taċ-ĊES fil-Malti: jgħaddu 1.3% aktar mis-sena ta’ qabel

Fl-2019, skont ir-Rapport tal-Eżaminaturi għaddew mill-eżami tal-Malti fil-livell taċ-ĊES 78.3%. Meta mqabbel mar-rapport maħruġ is-sena ta’ qabel, l-istudenti li kisbu ċertifikat f’dan il-livell fil-Malti żdied b’1.3%. Dan jiġbor flimkien lill-istudenti li ġabu minn Grad 1 sa Grad 7.

L-istudenti li rnexxielhom iġibu minn Grad 5 ‘l fuq jammontaw għal 2414. Fl-2019 applikaw għall-eżami 3885 student. Mill-eżami b’kollox fallew 800 student u kien hemm assenti 205 studenti. Is-sena ta’ qabel, iġifieri fl-2018, kienu applikaw 3675 student, b’746 minnhom ma jgħaddux u 106 assenti. F’dik is-sena kien hemm 2410 studenti li ġabu Grad 5 jew aktar.  

Skont ir-rapport maħruġ dwar l-eżami li sar fl-2019, instabu differenzi kbar f’xi wħum mill-kandidati. Ir-rapport jgħid li kien hemm grupp li fl-Ewwel Karta ġabu marki għoljin u fit-Tieni Karta ġabu marki baxxi ħafna. Kien hemm grupp ieħor li fl-Ewwel Karta ġabu marki baxxi u fit-Tieni Karta ġabu marki ogħla. Din id-differenza tista’ tiġi spjegata mid-differenza li hemm bejn l-Ewwel Karta li hija ffukata fuq il-lingwa u t-Tieni Karta li hi ffukata fuq il-letteratura.

Fir-rapport kien innutat ukol il-livell ta’ kultura li xi wħud għandhom, speċjalment dawk li sinonimu għal “bdot” wiegħġbu bil-kelma “pilatu” u dawk li jsemmu li min weġġa’ f’inċident ittieħed “l-isptar ta’ Mother’s Day”.

Ir-rapport kollu jista’ jinqara minn hawn.