L-eks futboler ta’ Malta arrestat wara li ta fastidju lill-eks tfajla tiegħu

L-eks futboler ta’ Malta nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat li ntimida lill-eks tfalja tiegħu u nissel biża’ fuqha.

Id-difensur tal-Gżira United Clifford Gatt Baldacchino ma ngħatax il-liberta’ proviżorja wara li fil-qorti nstema’ li r-raġel segwa lill-ex tfajla tiegħu l-baħar nhar il-Ħadd, għadda minn ħdejja mingħajr ma kellimha. L-Erbgħa ta’ wara mbagħad, ċempel lill-eks tfajla tiegħu b’mod ripetut u li dan nissel fiha biża’.

L-Imħallef Ian Farrugia avża lil Gatt Baldachino li hu kien kiser l-ordni ta’ protezzjoni imposta mill-Qorti kif ukoll li sar riċediv ta’ sentenza sospiża. L-Imħallef fehmu li din it-tip ta’ akkuża ġġorr magħha sentenza severa.

Gatt Baldacchino permezz tal-avukat tiegħu Jean Paul Sammut ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.