L-eks deputat Kummissarju siefer ma’ Yorgen – Sunday Times

Aġġornat 05:51 PM

Valletta jinsisti li ma kienx jaf li Fenech kien investigat

FILE PHOTO: REUTERS/Darrin Zammit Lupi/File Photo

Read in English.

Silvio Valletta, meta kien għadu Deputat Kummissarju tal-Pulizija siefer ma’ Yorgen Fenech, meta Fenech kien diġà identifikat bħala persuna ta’ interess fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan ġie rrappurtat illum mis-Sunday Times of Malta. Valletta kkonferma mal-istess ġurnal li hu siefer ma’ Fenech, iżda stqarr li ħallas hu u li kien ilu minn Ġunju tal-2018 ma jaħdem fuq il-każ.

Id-Deputat Kummissarju kien involut fl-investigazzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia  u tneħħa biss mill-Qorti wara rikors li ressqet il-familja Caruana Galizia biex l-istess Valletta ma jibqax parti mill-investigazzjoni dwar l-assassinju tagħha.

Valletta, li huwa r-raġel tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, irtira mill-Korp tal-Pulizija f’Awwissu li għadda waqt li l-imsemmija btala saret fid-29 ta’ Settembru 2019. The Sunday Times qed tirrapporta li Valletta siefer ma’ Fenech biex imur jara logħba futbol tat-tim Ingliż Chelsea kontra l-Liverpool f’Stanford Bridge.

Hu mifhum li tant jidher li ż-żewġ persuni kienu qrib xulxin li sorsi qalu lis-Sunday Times li Fenech instema’ jgħid lit-tfal tiegħu biex iżommu idejn “uncle Silvio”.

Valletta jinsisti li ma kienx jaf li Fenech kien investigat

F’reazzjoni għal din l-aħbar, Valletta stqarr li huwa qatt ma kien jaf li Yorgen Fenech kien qed jiġi investigat. Fi stqarrija mibgħuta lill-mezzi tax-xandir, Valletta qal li wara d-deċiżjoni tal-Qorti fit-13 ta’ Ġunju 2018 huwa kien se jieqaf mill-investigazzjoni fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fuq il-bord tal-FIAU huwa qal li qatt ma kien jaf b;informazzjoni relatarta u stqarr li kien iddeċieda li jieqaf mill-Korp tal-Pulizija minħabba l-kritika li kienet immirata lejn martu l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana. Sostna li huwa żamm relazzjoni professjonali u għaldaqstant ma tkellemx dawr ix-xogħol ma’ martu.

Temm jgħid li huwa m’għamel xejn ħażin u qatt ma kien jasal li jsiefer ma’ xi ħadd li kieku kien jaf li kien indagat mill-Pulizija.

Konfermata t-talba biex Valletta jitneħħa – Repubblika

L-għaqda Repubblika qalet li bil-fatti kif ġraw skont dak ippubblikat illum jikkonferma t-talba tas-soċjeta ċivili biex Silvio Valletta jitneħħa minn investigatur ewlieni fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Stqarru li fil-mument li Silvio Valletta siefer ma’ Yorgen Fenech kienu diga’ saru allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fuq Yorgen Fenech u l-Electrogas, inkluż minn Daphne Caruana Galizia. Sostnew li anke minħabba dak il-fatt biss, Valletta ma kellux isiefer ma’ Yorgen Fenech.

Repubblika fakkret kif il-Prim Ministru tal-lum Robert Abela, dak iż-żmien kien akkuża lit-tfal tal-ġurnalista assassinata li kellhom il-missjoni li jfixklu l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ ommhom.

Huma appellaw ukoll biex il-PM jneħħi kemm lill-Ministru Justyne Caruana u anke l-Ministru Edward Scicluna għaliex kien hu li poġġa lil Valletta bħala membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU.

Sostnew li dan huwa l-ewwel test importanti għal Robert Abela u ħeġġewh biex “għall-ġid tal-poplu ma jeħilx minn dan l-eżami”.

Kif ġraw?

Il-pożizzjoni ta’ Justyne Caruana m’għadhiex tenibbli – Casa, Fenech Adami

Id-Deputat Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, dalgħodu qal li dan huwa l-ewwel test għall-Prim Ministru l-ġdid Robert Abela, hekk kif fi kliemu l-pożizzjoni ta’ Justyne Caruana m’għadhiex tenibbli u li għandha ħafna x’tispjega. Insista li Abela għandu jkeċċi lil Caruana minnufih.

Dan huwa l ewwel test ghal Robert Abela. Il posizzzjoni tal ministru ta Justine Caruana mhix tenibbli.Justine Caruana…

Posted by Beppe Fenech Adami on Saturday, January 18, 2020

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa wkoll insista li l-pożizzjoni ta’ Caruana m’għadhiex tenibbli. Stqarr li huwa ħażin li membru tal-kabinett, kienet taf li żewġha, Deputat Kummissarju tal-Pulizija, kien qed isiefer ma’ suspettat fl-assassinju ta’ Daphne, u m’għamlet u ma qalet xejn. ‬

‪Minister Justyne Caruana’s position is no longer tenable. As a cabinet member, she knew her husband the Police Deputy…

Posted by David Casa on Saturday, January 18, 2020

Assassinju Daphne: Il-Qorti tgħid li Silvio Valletta mhux postu fl-investigazzjoni

Silvio Valletta ma jeskludix li jista’ jkun hemm PEP wara l-assassinju ta’ Daphne

Il-ġimgħa li għaddiet, Dr Justyne Caruana ġiet ikkonfermata mill-ġdid bħala Ministru għal Għawdex fil-kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela.

Miguela Xuereb