L-ewwel unuri tal-istaġun għall-Attard Subbuteo Club

Matul ix-xhur tas-sajf komplew l-attivitajiet fi ħdan l-Attard Subbuteo Club, bl-ewwel żewġ kompetizzjonijiet tal-istaġun.
Il-lig tas-sajf intrebaħ minn Darren Bezzina, li minn Hamrun TFC ingħaqad ma’ Attard Subbuteo Club, u għeleb l-isfida taċ-ċampjin attwali ta’ Ħ’Attard Daniele Spadaro.
Matul il-ġimgħa li għaddiet, il-klabb organizza l-kompetizzjoni tat-Trofew Jum Ħ’Attard li saret bl-appoġġ tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard.
F’din il-kompetizzjoni fuq bażi ta’ knock out, fil-finali Hector Scerri għeleb lil Keith Zahra.
Il-preżentazzjoni taż-żewġ trofej saret mis-Sindku Stefan Cordina waqt attività organizzata mill-Kunsill Lokali f’Jum Ħ’Attard.
Attard Subbuteo Club ħatru wkoll kumitat ġdid fejn Hector Scerri ħa post Joseph M. Debono bħala l-President tal-Klabb.
Il-klabb huwa mistenni li jieħu sehem fl-Open Internazzjonali tas-Subbuteo fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla, biex imbagħad fil-ġimgħat ta’ wara jingħata bidu għall-kampjonat uffiċjali tal-klabb.