L-ewwel tliet punti għal Chelsea

Tammy Abraham irnexxielu jiskurja l-ewwel gowl għall-klabb. L-attakkant ta’ 21 sena ilu ma’ Chelsea għal 13-il sena u kien intbagħat ma’ tliet klabbs differenti qabel ma fl-aħħar irnexxielu jikseb iċ-ċans biex juri dak li jaf fi Stamford Bridge.

L-aktar persuna li kien paċenzjuż waqt il-logħba wera li jaf kif għandu jirreaġixxi speċjalment fil-mument meta kien hemm bżonn l-aktar tal-gowl. Biż-żewġ gowls tiegħu, Abraham irnexxielu jrebbaħ l-ewwel logħba għall-kowċ il-ġdid Frank Lampard.

It-tielet gowl ta’ Chelsea ġie mingħand Mason Mount, prodott ieħor tal-akkademja ta’ Chelsea. Mount ukoll qed jingħata ċ-ċans għall-ewwel darba taħt it-tmexxija ta’ Lampard.