​L-ewwel titlu tal-istaġun għall-PSG grazzi għal Ibrahimovic

F’Peking fiċ-Ċina, Paris Saint Germain għollew għar-raba’ darba fl-istorja tagħhom is-Super Cup Franċiża, meta għelbu lil Guingamp bl-iskor ta’ 2-0.
L-ewwel gowl ta’ Ibrahimovic wasal fid-9 minuta wara li rċieva mingħand Pastore.
Fl-20 minuta Ibrahimovic wettaq id-doppjetta personali minn penalti, wara li twaqqa’ Bahebeck fil-kaxxa.
Fit-33 minuta, ċans ta’ rimonta għal Guingamp, iżda l-penalti ġie milqugħ mill-gowlkiper Taljan Salvatore Sirigu.