L-ewwel titjira diretta bejn l-Awstralja u r-Renju Unit

Jum storiku ieħor għall-avjazzjoni, hekk kif dalgħodu niżel fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra, l-ewwel ajruplan li għamel l-ewwel titjira diretta bejn l-Awstralja u r-Renju Unit.
It-titjira ta’ 14,498 kilometru, telqet minn Perth fl-Awstralja u niżlet f’Heathrow 17-il siegħa wara.
Abbord it-titjira kien hemm 200 passiġġier u 16-il membru tal-ekwipaġġ.
Uffiċjali ta' Qantas Airlines qalu li dan meta t-titjiriet bejn l-Awstralja u r-Renju Unit kienu jinvolvu seba’ waqfiet u kienu jdumu erbat ijiem.