L-ewwel THINKtalks: stilel strambi, satelliti ċkejknin, u l-kannabis

Se tittella’ l-ewwel sessjoni ta’ THINKtalks organizzata mir-rivista tal-Università ta’ Malta, THINK.
Dawn l-avvenimenti se jibdew iseħħu kull tliet xhur, u huma maħsuba biex iservu bħala estensjoni ta’ dak li jkun deher fir-rivista.
Dawn it-taħditiet qed isiru bil-għan li jinqasmu l-ideat u l-ħsibijiet u jqanqlu konverżazzjoni mal-pubbliku.
Fis-sessjoni ta’ nhar il-Ħamis, 13 ta’ April, se jitkellmu tliet riċerkaturi, kll wieħed għal 5 minuti: Dr Ing Marc Azzopardi, Mark Pace, Dr Giuseppe Di Giovanni.
Is-suġġetti huma: stilel strambi, satelliti fiċ-ċokon, u l-possibiltà tal-użu terapewtiku tal-kannabis.
L-attività tibda fis-7.30pm fis-Soċjetà Maltija tal-Arti, il-Belt Valletta.
Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-Facebook minn hawnhekk.