L-ewwel test-tube berger

Illum f’Londra mistennija titnieda l-ewwel test-tube berger. Din ġiet tiswa xejn inqas minn £220,000 biex ġiet magħmula.

Il-berger fiha mal-150 gramma u hija magħmula mil-laħam taċ-ċanga. Il-preentazzjoni fil-Kapitali Ingliża se tkun qed issir mill-persuna li ħoloqha, il-Professur Mark Post.

Storikament, din se tkun l-aktar berger li tiswa flus u dan għax din ġiet magħmula minn 20,000 elf biċċa żgħira laħam meħud minn ċelloli tal-baqar.

Bosta affarijiet inżammu sigrieti fuq it-tnedija ta’ din il-berger. Fosthom il-post eżatt fejn se ssir it-tnedija kif ukoll min se jkun ix-xeff ċelebri li se jkun qed isajjar l-iktar berger għolja fid-dinja. Il-persuna li se jkollha x-xorti dduq berger simili għall-ewwel darba se tkun propju l-persuna anonima li ħallset għal din ir-riċerka.