L-ewwel test ta’ vaċċin kontra l-pandemija tal-coronavirus

vaccine

Aktar tard illum ġewwa l-Amerka se jkun qed isir l-ewwel test ta’ vaċċin kontra l-pandemija tal-coronavirus. Dan qed ikun irrappurtat minn BBC News.

Grupp ta’ 45 persuna li m’humiex morda bil-vajrus se jagħtu lilhom infushom biex ikun jista’ jsir it-test. Dan se jsir ġewwa l-faċilità tar-riċerka ta’ Kaiser Permanente ġewwa Seattle. Il-vaċċin ma jistax jikkawża l-COVID-19 iżda għandu fih kodiċi ġenetika mill-vajrus li qed jikkawża l-marda. Iżda dan mhux ta’ ħsara għall-bniedem.

L-esperti qed jgħidu li biex wieħed ikun jaf dan il-vaċċin jaħdimx, jew il-vaċċini l-oħra li qed ikunu kkreati jaħdmux, se jieħu x-xhur. Ix-xjentisti madwar id-dinja qed jaħdmu u jagħmlu r-riċerka tagħhom biex isibu soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn