L-ewwel tarbija fid-dinja mingħajr it-timbru ta’ “tifel” jew “tifla”

Tarbija ta’ 8 xhur fil-Kanada aktarx hija l-ewwel tax-xorti tagħha fid-dinja li fuq il-kard tas-saħħa tagħha mhux se jkollha mniżżel ta’ liema sess hi.
Il-ġenitur, Kori Doty, edukatur dwar il-ġeneru, attivista f’koalizzjoni sabiex id-distinzjoni fil-ġeneru tispiċċa, kif ukoll persuna trans li qalbet minn raġel għal mara, qalet li ddeċidiet li tagħmel hekk sabiex tħalli lit-tarbija tikber u tagħraf hi x’sess għandha.
Fuq il-kard tas-saħħa tat-tarbija, għalhekk, se jkun hemm l-ittra U, li tfisser undetermined jew unassigned, minflok F jew M, female jew male.
Waħda mill-ġlidiet li qed tiġġieled Doty hija li titneħħa għalkollox il-klassifikazzjoni tas-sess fiċ-ċertifikati tat-twelid.
Il-ġenitur welldet lit-tarbija, Searyl Atli, f’Novembru li għadda f’dar ta’ ħabib fil-Columbia, l-Istati Uniti.
Hija ma tużax il-pronom hi jew hu meta tirreferi għat-tarbija, iżda huma, u targumenta li ma tistax tkun ċert dwar il-ġeneru ta’ tarbija tat-twelid, wisq anqas ma’ liema sess tidentifika ruħha fil-futur.
“Nixtieq li nrabbihom (it-tarbija) tali mod li, sakemm jikbru u jkollhom sens żviluppat ta’ min verament huma, kif ukoll jaħkmu l-vokabularju neċessarju biex jistqarru miegħi xi jħossu li huma, nibqa’ nħares lejhom bħala tarbija li jistħoqqilha l-imħabba kollha tiegħi, mingħajr kundizzjonijiet preġudikati ta’ tifel jew tifla”, stqarret Doty.