​L-ewwel skemi għal iktar xogħol fil-ġimgħat li ġejjin

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jitħabbru l-ewwel skemi favur aktar impjegabilità.
Dr Ian Borg ħabbar dan waqt il-Laqgħa Informali tal-Ministri responsabbli mill-Politika ta’ Koeżjoni f’Milan, li kellha l-għan li tiġi diskussa r-rabta bejn il-Politika ta’ Koeżjoni u l-governanza ekonomika, u kif dawn jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin biex jiżdiedu l-impjiegi.
Is-Segretarju Parlamentari spjega wkoll kif dwar il-Fondi Ewropej 2014-2020, il-Gvern qed jiffoka l-isforzi tiegħu biex jiffinalizza l-programmazzjoni, kif ukoll il-fażijiet ta’ prijorità biex sussegwentament ikun jista’ jiffoka fuq l-implimentazzjoni.