“L-ewwel sena fiż-żwieġ kienet diffiċli” – Meghan

Ritratt: Instagram

F’intervista li xxandret għall-ewwel darba lbieraħ fuq l-istazzjon televiżiv ITV, id-Dukessa ta’ Sussex iddeskriviet l-ewwel sena ta’ żwieġ tagħha mal-Prinċep Harry bħala waħda diffiċli.

Saħqet li kienu bosta li pruvaw jiftħulha għajnejha qabel iżżewġet li hija kienet se tkun taħt l-iskrutinju tal-midja Ingliża meta tingħaqad fiż-żwieġ ma’ Harry, iżda hi ma kienitx tat kas għax ma kienitx taf kif taħdem il-midja fl-Ingilterra.

“Qatt ma mmaġinajt li din kienet se tkun faċli. Illum tgħallimt nieħu kull ġurnata kif tiġi,” kompliet tgħid hi.

Il-koppja Rjali żvelaw ir-realtà fiż-żwieġ tagħhom waqt id-dokumentarju Harry & Meghan: An African Journey u kkummentaw li mhix ħaġa faċli li tkun fl-għajn pubblika l-ħin kollu. Qalu wkoll li ħafna drabi dak li jkun ippubblikat fil-midja jkun bla bażi.

Kien għalhekk li ma tmiem it-tour tagħhom fl-Afrika, Harry u Meghan, b’mod separat, fetħu kawżi kontra l-ġurnali Ingliżi.

Il-każ ta’ Meghan kontra l-ġurnal Mail on Sunday kien dwar il-pubblikazzjoni illegali ta’ ittra li hija kienet kitbet lil missierha.

Harry fetaħ kawża konra l-ġurnali The Sun, News of the World u d-Daily Mirror ħabba li nterċettaw b’mod illegali messaġġi voicemail.

L-iktar parti diffiċċli għal din il-koppja huwa l-mod kif il-midja qed tippersegwitahom, b’Harry jistqarr li l-flash tal-camera tfakkru konstantament dwar x’wassal biex ommu Diana titlef ħajjtiha fl-età ta’ 36 sena nhar il-31 ta’ Awwissu 1997.

“Però minix lest li niġi bbulijat nilgħab il-logħba li qatlet lil ommi,” żied jgħid hu,