L-ewwel ritratti ta’ Enzo mindu 4 xhur ilu spiċċa l-isptar

Wara li lbieraħ iċċelebraw il-50 sena anniversarju mindu żżewġu, Enzo u Carmen Gusman irringrazzjaw lil dawk kollha li għamlu l-ġurnata tagħhom waħda memorabbli minkejja li bħalissa Enzo jinsab rikoverat fl-isptar.

Permezz tal-profil tagħha fuq Facebook, Carmen Gusman tellgħet ritratti tagħha ma’ Enzo, l-ewwel ritratti ta’ Enzo mindu ftit aktar minn erba’ xhur ilu kellu l-inċident li ħallieħ għal bosta xhur għal kura intensiva.

F’okkażjoni ta’ għeluq il-50 sena anniversarju, Enzo u Carmen irċevew ċertifikat bil-barka ta’ Papa Franġisku, liema ċertifikat kien sorpriża għal Enzo li bħalissa għadu rikoverat fi sptar fil-Kanada.

Enzo & myself would like to thank all our family and Facebook friends who sent us good wishes which helped make today a memorable occasionFor us! Pls keep your prayers coming. We love you all!🙏🙏🙏❤️💖💖🙏

Posted by Carmen Gusman on Sunday, December 6, 2020

“Grazzi lil dawk kollha li bagħtu messaġġ u għamlu l-ġurnata tagħna memorabbli. Komplu itolbu,” ħeġġet Carmen.