L-ewwel ritratt ta’ Gigi, it-tifla ta’ Ira u Sean

Gigi, it-tifla ta' Ira u Sean. Ritratt: Facebook: X Factor Malta

Gigi, it-tifla ta’ Ira Losco u Sean Gravina diġà qed tisraq il-qlub ta’ ħafna nies wara li lbieraħ, ftit ħin wara li twieldet, fuq il-paġna ta’ X Factor Malta, deher l-ewwel ritratt tagħha b’messaġġ ta’ awgurju mt-tim tal-produzzjoni hekk kif ikkummentaw ukoll li “l-famija ta’ X Factor Malta qiegħda tikber”.

It-tifla tal-kantanta Ira u Sean hija t-tieni wild tal-koppja. Huma diġà għandhom tifel, Harry. Ira Losco welldet permezz ta’ ċesarja u proprju fil-ġurnata ta’ qabel ħabbret li kienet sejra tagħmel l-iswab test biex b’hekk is-Sibt twelled it-tarbija f’Malter Dei.

Our X Factor Malta family has just got bigger. Welcome to the world Baby GiGi! 😍!Congrats Ira Losco and Sean! ❤️#XFactorMalta

Posted by X Factor Malta on Saturday, November 14, 2020

Il-kantanta rringrazzjat lill-istaff mediku ta’ Mater Dei għall-assistenza tagħhom.

With great pleasure we welcome baby 👶🏻 GiGi 👧 to our family. Gigi is doing great and I feel good just a bit groggy….

Posted by Ira Losco on Saturday, November 14, 2020

Nawguraw lil Sean u lil Ira għat-twelid taċ-ċkejkna Gigi.