L-ewwel rebħa tas-sena għat-tim Malti tan-nisa

It-tim Nazzjonali tan-nisa rebaħ kontra t-tim Olandiż SC’t Gooi fl-ewwel appuntament ta’ din is-sena l-ġdida.

Iż-żewġ gowls ta’ Haley Bugeja, il-gowl ta’ Emma Xuereb, ta’ Steph Farrugia u ta’ Dorianne Theuma kisbu r-rebħa għat-tim Malti. It-tim immexxi minn Mark Gatt se jkun qed jerġa’ jilgħab nhar l-14 ta’ Jannar kontra l-Isvizzera fis-06:30pm.

Il-logħba ta’ wara se tkun kontra t-Turkija fit-18 ta’ Jannar fit-03:00pm.

Gatt beda b’dawn il-11-il plejer:

Janice Xuereb; Rebecca Bajada, Steph Farrugia, Ann-Marie Said, Jade Flask; Kayleigh Chetcuti, Veronique Mifsud; Brenda Borg, Haley Bugeja, Maria Farrugia, Emma Xuereb.

Iżda tul il-logħba lagħbu wkoll dawn il-plejers:

Il-gowlers Patricia Ebejer u Giulia D’Antuono, flimkien ma’ Samantha Zarb, Simone Buttigieg, Alishia Sultana, Gabriella Zahra, Roxanne Micallef, Dorianne Theuma u Claudette Xuereb.