L-ewwel rebħa għal Mourinho ma’ Tottenham

Jose Mourinho gawda minn rebħa fl-ewwel logħba tiegħu ma’ Tottenham. Huma rebħu 3-2 fid-derby kontra West Ham ġewwa l-London Stadium.

Il-gowls ta’ Son Heung-min, Lucas Moura u t-tielet wieħed ta’ Harry Kane li wasal erba’ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima ta lil Tottenham l-ewwel rebħa tagħhom away fil-Premier League minn Jannar. Ir-rebħa kienet waħda komda, wara ġimgħa ta’ taqlib u tibdil fil-klabb. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-maniġer Mauricio Pochettino tkeċċa minn Daniel Levy, f’inqas minn sitt xhur mindu ggwida lit-tim għall-ewwel finali taċ-Champions League.

Ir-riżultat kompla jitfa’ aktar pressjoni fuq il-maniġer ta’ West Ham Manuel Pellegrini, li s’issa t-tim tiegħu rnexxielu jiġbor żewġ punti minn seba’ logħbiet li lagħab.

Il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 3-2 għal Tottenham. 

Riżultati oħra:

AFC Bournemouth 1-2 Wolverhampton Wanderers

Arsenal 2-2 Southampton

Brighton & Hove Albion 0-2 Leicester City

Crystal Palace 1-2 Liverpool

Everton 0-2 Norwich City

Watford 0-3 BurnleyManchester City 2-1 Chelsea