L-ewwel punt għat-tim ta’ Lampard

Frank Lampard irnexxielu jakkwista l-ewwel punt bħala l-coach ta’ Chelsea, iżda ħassu ferm agħar milli ħassu l-ġimgħa l-oħra meta tilef 4-0 kontra Manchester United. It-tim tiegħu kellu jikkuntenta bi draw ta’ 1-1 kontra Leicester. Kien il-header ta’ Wilfred Ndidi li waqqaf lil Chelsea milli jiksbu t-tliet punti mixtieqa.

Lampard qal li hija stramba li rnexxielhom jilagħbu ferm aħjar kontra United, anka jekk qalgħu erba’ gowls. Hu qal li hemm mumenti fejn għandhom ikunu aktar b’saħħithom u jagħrfu jkollhom immaniġjar tal-logħba aħjar.

Hu qal li fit-tieni taqsima tal-logħba ħallew miftuħ ħafna u b’hekk il-plejers tat-tim avversarju kellu aktar spazju fejn jilgħab u ċans akbar li jiskurja. Hu qal li jistgħu jilagħbu ferm aħjar.