L-ewwel prestazzjoni ta’ Versatile Brass Band fit-Teatru Manoel

Stefan Stafrace

Read in English.

It-Teatru Manoel, it-Teatru Nazzjonali ta’ Malta, se jippreżentalkom lejla ta’ mużika u divertiment assolut bl-ewwel kunċert ta’ Versatile Brass Band fuq il-palk ewlieni tat-teatru.

Stefan Stafrace

Il-lejla se tkun immexxija mis-surmast Paul Borg u se tikkonsisti f’mużika mid-DJ residenti ta’ Versatile Brass Band, Brass Fusion, f’wieħed mill-eqdem teatri tal-Ewropa.Versatile Brass hija band dinamika ta’ 18-il mużiċist ferm kapaċi b’repertorju miftuħ li jinfirex minn Klassiku għal Pop, Jazz, Swing, Latin-amerikan, Bossa Nova, Standards, Motown, Reggae, Twist u Rock’n Roll.

Mal-band se jingħaqdu uħud mill-aqwa artisti ta’ Malta li se jinkludu ir-rebbieħa ta’ Malta Song for Europe Amber Bondin, l-artista vokali jazz Nadine Axisa, il-vuċi profonda ta’ Glorianne Arpa Belli, il-leħen ħelu u vibranti ta’ Martina Borg, l-enerġetiku u kapaċi Andre Portelli, l-artist ewlieni tat-teatru mużikali lokali Roger Tirazona u r-rebbieħ ta’ Malta Song for Europe tal-2011 Glen Vella.

Stefan Stafrace

Parti mid-dħul ta’ dan il-kunċert se jingħata lil Dar Bjorn, imwaqqfa minn Bjorn Formosa. Dar Bjorn, dar mibnija apposta f’Ħal-Qormi, tgħin lil dawk li jbatu minn kundizzjonijiet deġenerattivi bħal ALS. Bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq it-tieni dar f’Ħaż-Żebbuġ li se tkun akbar u aħjar minn dik ta’ Ħal-Qormi.Versatile Brass Band in Concert se jsir fit-Teatru Manoel nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru u se jibda fit-8.00pm.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-sit ta’ Teatru Manoel, billi ċċemplu fuq 21246389 jew billi tibgħatu imejl fuq booking@teatrumanoel.com.mt.

Dan il-kontenut huwa mwassal mit-Teatru Manoel