L-ewwel President mara għat-Tajwan tista’ tfisser relazzjoni ġdida maċ-Ċina

It-Tajwan eleġġa l-ewwel President mara, f’elezzjoni li ħafna qed iqisuha importanti għax tista’ twassal biex tissetilja r-relazzjonijiet maċ-Ċina.
Tsai Ing-wen, il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Partit Demokratiku Progressiv, rebħet il-presidenza b’56.1% tal-voti, wara tmien snin fl-Oppożizzjoni.
F’konferenza wara r-riżultat, Tsai tkellmet dwar l-importanza tad-demokrazija u saħqet li d-demokrazija hija l-uniku triq 'il quddiem għall-popolazzjoni ta’ 23 miljun persuna.
Hija tkellmet ukoll dwar ir-relazzjonijiet tal-pajjiż ma’ Beijing u qalet li ż-żewġ naħat għanhom ir-responsabbilità li jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex isibu triq għad-djalogu mingħajr l-ebda provokazzjoni jew sorpriżi.
Il-partit ta’ Tsai, tradizzjonalment dejjem ħadem favur l-indipendenza tat-Tajwan miċ-Ċina.
Dan iżda ma jinżilx tajjeb maċ-Ċina, li tqis it-Tajwan bħala parti integrali mit-territorju tagħha, xi ħaġa li t-Tajwan ma jaċċettax.
Fl-1992, iż-żewġ naħat kienu qablu dwar is-sovranità taż-żewġ gvernijiet, dak Ċiniż u dak Tajlandiż, iżda minn dak iż-żmien it-tensjoni bejniethom ma naqsitx.