L-ewwel President mara għall-Kroazja

Il-Kroazja għandha l-ewwel President mara fl-istorja.
Kolinda Grabar-Kitarovic rebħet l-elezzjoni bl-inqas vantaġġ possibbli, bl-indikazzjonijiet juru li rnexxielha tikseb 50.5% tal-voti validi.
Il-President preċedenti, Ivo Josipovic, diġà kkonċeda t-telfa.
Din l-elezzjoni hi meqjusa test importanti qabel l-elezzjoni parlamentari mistennija iktar tard din is-sena.
Grabar-Kitarovic kienet parti mill-partit li kien ħadem għall-indipendenza tal-Kroazja mill-Jugoslavja fl-1991.