L-ewwel pass għal fast ferry bejn Malta u Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħabbar li qed issir ħidma biex toħroġ Public Service Obligation (PSO) biex jibda jopera fast ferry minn u lejn Għawdex.
Waqt laqgħa mar-rappreżentanti tal-Front Favur il-Mina, il-Ministru Refalo spjega li bil-PSO eżistenti, il-Gozo Channel ma tistax toffri dan is-servizz.
“Servizz ta’ fast ferry se jwassal biex fl-inqas ħin possibbli, l-Għawdxin ikunu jistgħu jaqsmu lejn iċ-ċentru ta’ Malta,” żied jgħid il-Ministru.
Filwaqt li laqa’ l-iżviluppi dwar aktar aċċessibilità, il-Front Favur il-Mina ressaq il-proposti tiegħu dwar mina li tgħaqqad lil Għawdex ma’ Malta.
Dwar l-istudji fuq il-mina, il-Ministru saħaq li dawn qed isiru mill-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura. 
Fil-laqgħa ġew diskussi wkoll diversi punti oħra fosthom it-Three Stage System għal aktar aċċessibilità.
Ritratt: MGOZ – George Scerri