‘L-ewwel pass biex jirbaħ is-sens komun’ – Cutajar dwar Debono

Il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq it-13-il distrett u l-kunsillier tax-Xagħra Kevin Cutajar sostna li milli jista’ jifhem Jean Pierre Debono ċeda n-nomina tiegħu u ddeskriva dan bħala pass fid-direzzjoni t-tajba.

AQRA: Jean Pierre Debono mhux se jieħu l-ġurament tal-ħatra

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ħa vot dwar min għandu jieħu post David Stellini fil-Parlament, wara li Stellini rriżenja u se jkun qed jerġa’ jmur lura għax-xogħol li kellu fi Brussell. Debono kien tela’ fuq is-7 distrett iżda ċeda s-siġġu biex b’hekk tela’ Adrian Delia meta dan sar kap. Stellini kien tela’ f’elezzjoni każwali li saret wara li Marthese Portelli ċediet is-siġġu fuq it-13-il distrett meta hi telgħet minn żewġ distretti.

AQRA: Aġġornata: Filmat: Jean Pierre Debono se jieħu post David Stellini fil-Parlament

AQRA: Aġġornata: Is-siġġu parlamentari ta’ Għawdex insteraq b’qerq – l-eks President tal-Eżekuttiv tal-PN

AQRA: Aġġornata: Nulla l-elezzjoni ta’ Jean Pierre Debono – Il-Kumitat tal-PN f’Għawdex

Debono ġab żewġ voti iktar minn Cutajar waqt il-laqgħa tal-Kumitat.

Is-Sibt irriżenja mill-kariga tiegħu l-President tal-Kumitat Eżekuttiv Mark Anthony Sammut li appella lil min għandu responsabbiltajiet akbar minn tiegħu biex jimxi fuq l-eżempju tiegħu u jagħmel bħalu.

Cutajar f’kummenti li ta lil Newsbook.com.mt sostna li milli jidher Jean Pierre Debono se jkun qed iċedi n-nomina tiegħu. Saħaq li dan huwa l-ewwel pass biex jirbaħ is-sens komun, biex b’hekk Għawdex iżomm is-siġġu tiegħu.