L-ewwel Milied tan-nannu Mike

Għall-kantant Mike Spiteri dan il-Milied huwa wieħed tassew speċjali għax kien l-ewwel wieħed bħala nannu!

Fil-fatt ftit tal-ġranet ilu bintu Roselyn, li hija miżżewwġa lil Arthur Spiteri Micallef, kellhom lil Noah, li twieled fit-13 ta’ Diċembru. Noah twieled ftit qabel għax kien mistenni li jitwieled proprju jumejn oħra!

Sfortunatament għal Mike, hu kellu jdum tliet ijiem biex jara liċ-ċkejken Noah minħabba l-fatt li kien ma jiflaħx.

Mike u SIlvana Spiteri biċ-ċkejken Noah, it-tifel ta’ binthom Roselyn u żewġħa Arthur. Fir-ritratt il-bniet l-oħra ta’ Mike, Sarah u Rebecca

Għall-familja ta’ Mike dan hu l-ewwel wild maskili. Fil-fatt fid-dar Mike kien imdawwar b’nisa biss: il-mara Silvana, kif ukoll uliedu Roselyn, Rebecca u Sarah (li rajniha taħdem f’Santa Monika u L-Għarusa)

Ilum fil-Milied iċ-ċkejken Noah ttieħed ukoll ħalli jqatta’ ftit ħin man-nanniet… u z-zijiet!

Milli nistgħu nifhmu Noah diġà huwa mfissed ħafna mill-familji taż-żewġt naħat.

“Għalissa nħallihom… imma la jikber le!” qaltina Roselyn bi tbissima.

Awguri Roselyn u Arthur… u awguri nannu Mike!