L-ewwel mewta fl-Istati Uniti minħabba l-Coronavirus

REUTERS

L-Istati Uniti rrappurtat l-ewwel mewta kawża tal-coronavirus fil-pajjiż. Dan seħħ fl-Istat ta’ Washington. Uffiċjali qalu li l-pazjent kien raġel ta’ madwar 50 sena li kellu problemi tas-saħħa qabel ma ġie infettat.

Il-President Donald Trump qal li kien hemm ċans li jkun hamm każijiet oħrajn iżda sostna li l-pajjiż ippreparat għal kull ċirkustanza.

Il-Ħadd, l-Awstralja u t-Tajlandja qalu li wkoll kellhom l-ewwel fatalitajiet kawża tal-coronavirus. Awstraljan ta’ 78 sena miet wara li ġie infettat fuq il-cruise Diamond Princess fil-Ġappun ix-xahar li għadda. Intant, fit-Tajlandja miet raġel ta’ 35 sena li kien qed isofri wkoll minn dengue fever.