L-ewwel mewt bil-coronavirus barra miċ-Ċina

Credit: Thomas Peter/Reuters via CNS.

Read in English.

L-ewwel każ ta’ mwiet barra ċ-Ċina minħabba l-coronavirus ġie kkonfermat dalgħodu.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa r-raġel ta’ 44 sena minn Wuhan fiċ-Ċina miet fil-Fillipini wara li persuna ħadet il-virus fiċ-Ċina u vvjaġġat lejn il-Filippini.

Iktar minn 300 persuna mietu bil-coronavirus, b’aktar minn 14,000 persuna infettati bih.

L-Istati Uniti u l-Awstralja qalu li se jipprojbixxu d-dħul ta’ kull persuna barranija li reċentament tkun żaret iċ-Ċina fejn feġġ il-virus f’Diċembru. Qabel, pajjiżi inkluż ir-Russja, il-Ġappun, il-Pakistan, u l-Italja ħabbru restrizzjonijiet simili.

Madanakollu, uffiċjali mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa avżaw kontra miżuri bħal dawn.

Qalu li restrizzjonijiet tal-ivjaġġar jaf jagħmlu aktar ħsara milli ġid billi jipprevjenu l-qsim tal-informazzjoni u t-tqassim ta’ mediċini.