L-ewwel mara li se tmexxi l-finali tal-UEFA Super Cup

Stephanie Frappart waqqfet il-karriera tagħha fil-futbol fl-età ta’ 18-il sena minħabba li ndunat li kellha mħabba speċjali lejn ir-regoli tal-logħba. Il-Franċiża li ħadet taħt idejha l-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa ta’ din is-sena hija meqjusa bħala l-aqwa uffiċjal femminili li hawn fuq il-pjaneta.

Issa, hi se tkun il-pijuniera li se tmexxi l-logħba l-UEFA Super Cup final tal-irġiel li se tintlagħab bejn Chelse u Liverpool ġewwa Istanbul nhar l-14 ta’ Awwissu. Din se tkun opportunità indimentikabbli għar-referee li għandha 35 sena u li bdiet din il-karriera full time lura fl-2001.

Waqt intervista mal-gazzetta L’Express hi qalet li għamlet żmien tilgħab il-futbol, iżda meta kellha madwar 13 indunat li qed tinteressa ruħha fir-regoli tal-logħba. Ta’ madwar 18-il sena bdiet tirrefja xi logħob u waslet f’punt fejn kellha tagħżel bejn li tilgħab jew tirrefja.