Filmat: L-ewwel live show ta’ X Factor

11.15pm

Paul Anthony huwa t-tieni eliminat fl-ewwel serata tal-live shows fil-kompetizzjoni ta’ X Factor Malta.

Il-kanzunetti kollha li ġew interpretati llejla tistgħu ssibuhom fuq Spotify.

11.12pm

Il-votazzjoni tas-sing off:

Alexandra trid tibgħat id-dar lil Paul Anthony

Howard irid jibgħat lil Paul Anthony

Ray irid jibgħat id-dar lil Paul Anthony

Ira trid tibgħat id-dar lil Paul Anthony

11.05pm

Celine tiftaħ is-sing off. Interpretazzjoni brillanti però rridu nsitennew biex naraw kif se tkun qed tħaqqaqha ma’ Paul Anthony.

10.55pm

Jibdew ir-riżultati u dawk li għaddew għat-tieni live show huma Dav. Jr, Kyle, Destiny, Bloodline, Yazmin & James, Karl, Justine, F.A.I.T.H.U Jasmine.

Ed huwa l-ewwel eliminat waqt li nsitennew sing off bejn Celine u Paul Anthony.

10.36pm

Għal Ira Losco waħda mill-isfidi tagħha kienet li Destiny turi parti differenti minnha. Wirja eċċezzjonali bla dubju ta’ xejn.

“Inkredibbli” qalilha Ray waqt li Ira qaltilha li għandha ħafna enerġija pożittiva.

10.30pm

Bla dubju li wirja mill-isbaħ dik tad-duo Bloodline f’din l-ewwel serata tal-live shows ta’ X Factor Malta. Ray Mercieca bla dubju għoħbitu din il-wirja.

“Prosit lil Howard li kellu viżjoni għall-gruppi, speċjalment għalikom,” ikkummentat Ira.

10.20pm

Paul Anthony wassal interpretazzjoni tiegħu b’kanzunetta ta’ Robbie Williams. Bħal kull kantant huwa għamel l-aħjar li seta’ iżda forsi l-ġurija stennew aħjar.

Jonqos żewġ parteċipanti oħra qabel ma tibda l-kompetizzjoni.

10.15pm

L-għajjat fis-sala ma naqasx hekk kif Dav Jr tela fuq il-palk biex wassal kanzunetta oriġinali.

“Kantantawtur mill-aqwa” qaltu Ira waqt li Howard iħoss li l-kanzunetta oriġinali li ppreżenta Dav Jr hija l-aqwa waħda oriġinali li s’issa ġiet ippreżentata fuq X Factor.

10.06pm

Il-kantant żagħżugħ Karl Schembri stqarr li l-kanzunetta tal-lejla ma kienitx dik li oriġinarjament kien ippjana u biddilha f’nofs il-ġimgħa.

“Mhux biss nafu li taf tkanta iżda wkoll li taf tiżfen,” qaltlu Ira waqt li l-kummenti ta’ Alexandra u Howard jitfgħu dubju dwar il-prestazzjoni li dan il-kantant għadu kfi għamel.

9.59pm

F.A.I.T.H. fuq il-palk b’wirja mill-aktar żagħżugħa. Kienet ukoll wirja enerġetika li ġiet deskritta li qishom ilhom flimkien żmien twil.

“L-udjenza tħobbkom” ikkummenta Ben Camille.

9.46pm

Ed iddeċieda li jieħu riskju f’din il-kompetizzjoni billi ppreżenta kanzunetta oriġinali tiegħu. Il-wirja tiegħu għalkemm kienet mossa riskjuża, intlaqgħet tajba.

Ira tixtiequ fil-kompetozzjoni l-ġimgħa d-dieħla.

9.40pm

Justine Shorfid ma kellhix ġimgħa faċli peress li kienet ma tiflaħx fl-aħħar wirja iżda b’determinazzjoni wasslet l-interpretazzjoni tagħha.

Il-vuċi tagħha kienet deskritta bħala massiva, u li dejjem jirnexxielha tqanqal l-emozzjionijeit fina.

9.31pm

Il-vuċi unika ta’ Celine tkompli tispikka waqt din il-kompetizzjoni. Howard iddeskriva bħala kantanta b’vuċi tal-ġenn.

“Nibqa’ nikkonvinċi ruħi li postok huwa hawn. Il-kapaċitajiet tiegħek huma kbar,” ikkummentat Ira, waqt li Alexandra qaltilha li tkun ħasra jekk il-ġimgħa d-dieħla ma tkunx fil-kompetizzjoni.

9.25pm

Wirja spettakolari minn Yazmin & James, li niżlet tajjeb mal-pubbliku u mal-erba’ membri tal-ġurija.

Infakkru li l-votazzjoni miftuħa u tistgħu tivvutaw sa darba waħda biss permezz ta’ SMS.

9.14pm

Kyle huwa t-tieni parteċipant illejla. Tkellem dwar id-determinazzjoni li jkompli miexi f’din il-kompetizzjoni.

L-interpretazzjoni tiegħu tal-kanzunetat ta’ Sam Smith ukoll kisbitlu kummenti mill-aktar pożittivi.

9.06pm

Jasmine fetħet il-kompetizzjoni tal-ewwel live show bis-silta Crazy In Love. Il-kantanta ġiet imfaħħra u deskritta wkoll bħala all rounder

Ftuħ mill-aqwa għal din l-ewwel serata.

8.57pm

L-ewwel live show tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta fetaħ bil-finalisti jinterpretaw is-silta Born This Way ta’ Lady Gaga.

Il-pubbliku llum se jkun qed jingħaqad ma’ Howard Keith Debono, Ira Losco, ALexandra Alden u Ray Mercieca biex ikun il-ħames membru tal-ġurija u jiddetermina min se jibqa’ fil-kompetizzjoni u min se jinqala’.

In-numri tal-votazzjoni b’SMS huma:

506614401 Jasmine Abela

506614402 Kyle

506614403 Yazmin & James

506614404 Celine

506614405 Justine

506614406 ED

506614407 F.A.I.T.H.

506614408 Karl

506614409 Dav. Jr

506614410 Paul Anthony

506614411 Bllodline

506614412 Destiny