L-ewwel laqgħa tal-Ministri tal-UE fil-Presidenza Slovakka tittratta l-immigrazzjoni

L-immigrazzjoni kienet it-tema tal-ewwel laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri mill-Presidenza Slovakka tal-UE, li għandha l-perjodu ta’ sitt xhur qabel tibda l-Presidenza Maltija.
Il-Ministru Malti tal-Intern, Carmelo Abela, qal li l-UE għandha tibgħat messaġġ ċar favur ir-responsabiltà globali fuq il-qsim tar-refuġjati u għall-immigrazzjoni bla periklu, regolari u ordnat, waqt li jiġi evitat id-dħul ta’ immigranti b’mod illegali.
Insista li l-UE għandha tkun magħquda biex tikkonvinċi lill-komunità internazzjonali.
Fil-laqgħa, il-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern tal-pajjiżi membri tal-UE ddiskutew ukoll it-triq ’il quddiem dwar ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u t-tmexxija tal-fruntieri esterni. 
Ritratt: MHAS