L-ewwel kumpilazzjoni diġitali ta’ kanzunetti bil-Malti

Miriam Christine photo by Rio Borg Warner

Read in English.

Inawgurata fis-sena 1989, CAP-Sounds hija aġenzija tal-produzzjoni u l-ippubbiklar tal-mużika fil-qalba tal-Ġermanja li dejjem tat sapport u sostenn lill-artisti Maltin sa mill-1996 meta Miriam Christine rrapreżentat ‘l Malta fil-Eurovision Song Contest.

24 sena wara, għadhom kemm nedew l-ewwel kumpilazzjoni diġitali ta’ kanzunetti bil-Malti b’uħud mill-aktar kantanti stabbiliti, bħal Janice Mangion, Fabrizio Faniello, Thea Garrett, Philip Vella u Miriam Christine, flimkien ma’ għadd ta’ talent lokali ġdid li qed jistabilixxi ruħu – Cherylis, Gianluca Cilia, Leah Cauchi, Danica Muscat u Maria Spiteri, fost l-oħrajn.

Il-kumpilazzjoni diġitali għandha l-isem ta’ Maltese Hits.

20 kanzunetta jagħmlu l-lista finali, u tistgħu tisimgħuhom fuq Spotify, jew inkella tixtruhom minn fuq mezzi oħra tal-midja diġitali bħal: iTunes, Amazon Music jew Apple Music fost l-oħrajn.

Għal aktar informazzjoni dwar CAP-Sounds, agħtu ħarsa lejn is-sit uffiċċjali tagħhom fuq: https://www.cap-sounds.de/.

Dan il-kontenut imwassal minn Ironic PR & Artist Management / CAP-Sounds