L-ewwel kumpanija tal-Green Taxi f’Malta

F’konformità ma’ dikjarazzjonijiet riċenti ta’ Transport Malta, rigward il-promozzjoni ta’ vetturi elettriċi u ċ-ċiklu attwali ta’ konferenzi dwar l-elettromobilità li qed isir f’Malta din il-ġimgħa, Greenr hija onorata li tħabbar il-bidu tal-ewwel kumpanija tat-taxis b’emissjoni żero f’Malta.
Bi flotta ġdida li hija 100% elettrika u tal-marka Nissan Leaf, Greenr hija l-unika kumpanija li topera l-green taxis madwar Malta. Dawn it-taxis b’emissjonijiet zero, ma jarmux sustanzi niġġiesa fit-toroq Maltin u l-ħoss tal-vetturi tagħhom huwa viċin iż-żero.
Id-Direttur Maniġerjali tal-Kumpanija, Fabien Courtellemont, qal li “aħna kburin li qed nieħdu sehem fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja lokali u għaldaqstant din hija l-aħjar motivazzjoni li nistgħu nikbsu mix-xogħol tagħna.”
Dawn il-karozzi huma mgħammra b’WiFi u charger tal-mobajl kif ukoll huma fost l-aktar karozzi li jagħmlu l-inqas storbju u perfetti għall-vjaġġi kummerċjali.
L-informazzjoni kollha rilevanti tista’ tinstab fuq www.greenr.cab