L-ewwel kowċ mara f’tim tal-irġiel

Corinne Diacre saret l-ewwel kowċ mara ma’ tim tal-futbol tal-irġiel, meta ddebutat b’telfa mat-tim ta’ Clermont fil-kampjonat professjonali Franċiż tal-Ligue 2.
Kienu t-tim ta’ Clermont li marru fil-vantaġġ iżda r-rimonta tat-tim ta’ Brest waslithom għar-rebħa ta’ 2-1.
Qabel il-logħba Corinne Diacre rċeviet bukkett fjuri u bewsa fuq ħaddejha mingħand il-kowċ ta’ Brest Alex Dupont, peress li lbieraħ għalqet 40 sena.
Fl-istess ħin dan il-ġest serva ta’ nkuraġġiment fl-isfida li għandha bħala kowċ.
Corinne Diacre mhijiex wiċċ ġdid fil-futbol Franċiż u kienet difensura mat-tim nazzjonali tan-nisa Franċiż.
Ftit tax-xhur ilu ġabet il-liċenzja ta’ kowċ professjonali u f’Ġunju li għadda Clermont appuntaha bħala kowċ.
Hija ħadet post l-Portugiża Helena Costa li rriżenjat qabel l-ewwel logħba tagħha mat-tim ta’ Clermont.
Costa kienet qalet li ħassietha mgħottija l-ġenb mill-kollegi rġiel u li kienet qed tiġi użatha bħala wiċċ femminili għall-fini ta’ reklamar biss.
Minn naħa l-oħra Corinne Diacre mhix se tħares lura u stqarret li mhix se tħalli l-fatt li hi mara jtellifha milli tkun iffukata fuq it-tim ta’ Clermont.