L-ewwel konvenzjoni ġenerali għall-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista nieda l-ewwel Konvenzjoni Ġenerali tiegħu li se ssir fi tmiem il-ġimgħa bejn il-Ġimgħa 24 u l-Ħadd 26 ta' Ottubru.
It-tema ta' din il-Konvenzjoni Ġenerali hija Idea Malta.
F'konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said spjega l-ħsieb wara din il-Konvenzjoni Ġenerali huwa l-Oppożizzjoni tisma’ l-ideat ta' bosta persuni li mhumiex fil-Partit Nazzjonalista dwar kif jaraw lil Malta tiżviluppa fis-snin li ġejjin.
Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici spjegat kif se tkun mqassma din il-Konvenzjoni.
Qalet li se jiġu indirizzati diversi suġġetti ta’ importanza b’ħarsa lejn il-futur u l-viżjoni ta’ pajjiżna.
Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll il-President tal-Konvenzjoni Ġenerali, Rosette Thake.
Hi spjegat li dan hu l-mument li wieħed jagħti l-kontribut tiegħu fil-Partit Nazzjonalista u ħeġġet lill-pubbliku biex jattendi u jipparteċipa.