L-ewwel konsenja tal-vaċċin kontra l-Ebola għal-Liberja

L-ewwel konsenja tal-vaċċin kontra l-Ebola tinsab fi triqitha lejn il-Liberja.
Din il-konsenja ta’ 300 vaċċin se tkun qed tasal f’wieħed mill-aktar pajjiżi milquta b’ajruplan.
L-ewwel persuna mistennija titlaqqam fil-ġimgħat li ġejjin.
Riċerkaturi qed jimmiraw li f’din il-prova jitlaqqmu 30,000 voluntier, fosthom ħaddiema mis-settur tas-saħħa.
Madanakollu esperti tas-saħħa qed jgħidu li hekk kif l-epidemija qed tmajna, huwa diffiċli biex wieħed jistabbilixxi jekk dan il-vaċċin joffrix protezzjoni kontra l-virus.
S’issa dan il-vaċċin ingħata lil 200 voluntier fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti, l-Iżvizzera u l-Mali.