L-ewwel konferenza dwar ir-riġenerazzjoni mill-GHRC

Nhar l-Erbgħa li ġej il-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) se tkun qed torganizza l-ewwel konferenza dwar ir-riġenerazzjoni ta’ nħawi madwar Malta b’ħarsa speċjali lejn politika ħolistika fuq livell soċjali, ekonomiku u ambjentali.
Filwaqt li r-restawr huwa meqjus importanti fil-qasam ta’ riġenerazzjoni hemm ferm aktar x’wieħed jikkunsidra f’nħawi fejn ikun hemm it-telqa jew li ma żviluppawx. Aspetti li wieħed irid jikkunsidra huma dawk soċjali anke f’termini ta’ xogħol fost ir-residenti, opportunitajiet u anke l-protezjoni tal-ambjent.
Il-konferenza tal-GHRC se tkun qed tindirizza dawn l-aspetti u se indirizzata minn numru ta’ kelliema lokali u internazzjonali fosthom Richard Tibbott li huwa international destination advisor b’esperjenza f’numru ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni barra minn Malta. Il-Konferenza se tara parteċipazzjoni attiva wkoll minn naħa tal-Università ta’ Malta.