L-ewwel każ tal-varjant il-ġdid fi Franza

Read in English.

Franza kkonfermat l-ewwel każ tal-varjant tal-coronavirus li wasal mir-Renju Unit. Il-Ministeru għas-Saħħa Franċiż qal li l-persuna hija ċittadin Franċiż mill-belt Franċiża ta’ Tours iżda wasal minn Londra fid-19 ta’ Diċembru.

Il-persuna ma kellu l-ebda sintomi, jinsab iżolat u kien ttestjat pożittiv fil-21 ta’ Diċembru.

Dan il-varjant tal-coronavirus wassal biex numru ta’ pajjiżi jagħlqu l-arjuporti tagħhom għal titjiriet mir-Renju Unit.

Franża reġgħet fetħet il-fruntieri tagħha lejn ir-Renju Unit, l-Erbgħa li għaddew iżda qed titlob lill-persuni li jidħlu fi Franza biex jipprovdu test negattiv mill-Covid-19.

Eluf ta’ sewwieqa tat-trakkijiet qatgħu l-ġurnata tal-Milied fil-gabina tagħhom jistennew li jaqsmu l-English Channel.

Kien hemm pajjiżi oħra li jirraportaw każijiet ta’ dan il-varjant. Ilbieraħ, il-Ġappun ikkonferma ħames każijiet, kollha passiġieri li wasslu mir-Renju Unit, filwaqt li d-Danimarka, l-Awstralja kif ukoll l-Olanda kien diġà kellhom każijiet oħra.