L-ewwel każ ta’ Ebola fl-Istati Uniti

Iċ-Ċentru għall-kontroll u l-prevenzjoni tal-mard f’Atlanta ħabbar li fl-Istati Uniti hemm l-ewwel każ tal-Ebola.
Il-pazjent, rikoverat fl-isptar ta’ Dallas, kien mar il-Liberja u meta fl-20 ta’ Settembru daħal fl-Istati Uniti u kellu s-sintomi tal-marda.
L-awtoritajiet Amerikani tas-Saħħa aċċertaw li l-marda mhux se tinfirex.
Fl-aħħar jiem fl-Istati Uniti kien hemm 12-il pazjent issuspettat li kellhom l-Ebola iżda sa issa t-testijiet mediċi rriżultaw fin-negattiv.
Il-Liberja, is-Sjerra Leone u l-Ginea jibqgħu l-aktar pajjiżi Afrikani milquta minn dan il-virus. 
Sa issa l-Ebola qatlet aktar minn 3,000 persuna u nfettat eluf ta’ nies oħra.