L-ewwel każ ta’ Coronavirus fil-Vatikan

Il-Vatikan - Is-sede ewlenija tal-Knisja Kattolika Rumana

Read in English.

L-aġenzija Taljana tal-aħbarijiet ANSA kienet kwotata li ġie konfermat l-ewwel każ tal-Coronavirus fil-Belt tal-Vatikan.

Skond ma ġie raportat, il-Kelliem għall-Vatikan Matteo Bruni qal li dan il-każ ġie skopert nhar il-Ħamis. Bħala miżura ta’ prekawzjoni is-servizzi ta’ OutPatient li normalment jiġi mogħtija fil-Vatikan ġew sospiżi u qed visir proċess ta’ sanitazzjoni tal-kliniċi.

L-awtoritajiet tas-saħħa Taljani ġew ikkonfermati.

Fl-Italja, bħalissa hemm sitwazzjoni ta’ allarm hekk kif l-ammont ta’ nies milquta b’din il-marda telgħa għal iftar minn 3,290. Kien hemm 148 persuna li mietu kawża tal-CO-Vid19.