L-ewwel kartolina tal-Milied ta’ Harry u Meghan bħala familja

Fl-aħħar sigħat ġiet ippubblikata wkoll il-kartolina tal-Milied tad-Dukessi ta’ Sussex, l-ewwel waħda tagħhom bħala familja.

Il-kartolina li hija e-friendly u ġiet mibgħuta bil-posta elettronika filwaqt li tqassmu xi kopji bħala kartolina tradizzjonali lill-membri tal-familja.

Ritratt: Twitter/The Queen’s Commonwealth Trust

Il-kartolina turi lill-Prinċep Harry u lil martu Meghan ħdejn is-siġra tal-Milied filwaqt li quddiemhom binhom ta’ seba’ xhur Archie.

Ir-ritratt li jidher fuq il-akrtolina ittieħed minn Janina Gavankar, ħabiba kbira tal-koppja Rjali.

Hu mifhum li d-Dukessi ta’ Sussex għażlu li jqattgħu l-festi tal-Milied fil-Kanada u mhux fil-kumpanija tar-Reġina u l-kumplament tal-familja Rjali.