L-ewwel Kap Eżekuttiv għal Media.link Communications

Brian St John inħatar bħala l-Kap Eżekuttiv Ewlieni ta’ Media.link Communications. Dan ifisser li għall-ewwel darba, din il-kumpanija mhux se tkun immexija mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalita.
Fi stqarrija l-PN iddeskriva din il-ħatra bħala waħda mill-bidliet li qed isiru fl-istrutturi politiċi u kummerċjali tal-partit.
Meda.link Communications hija għodda kummerċjali importanti għall-PN hekk kif l-attivitajiet kummerċjali u dawk marbuta mal-kommunikazzjoni, jitmexxew minnha.
Fost karigi oħra importanti, fl-2003 Brian St.John inħatar bħala rappreżentat tal-Gvern fil-grupp tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-mobilità tar-riċerkaturi madwar l-Ewropa.
Fl-2004 sal-2008 serva wkoll bħala Policy Co-ordinator fis-segretarjat privat tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Fl-2005 kien maħtur ICT Co-ordinator tac-CHOGM u fl-2006 ġie mogħti l-impenn li jissorvelja l-preparazzjonijiet għat-tlestija tal-Isptar Mater Dei u l-ġarr mill-Isptar ta’ San Luqa f’Novembru 2007.