L-ewwel jammetti li seraq, imbagħad “mhux ħati”

Ħaddiem ma’ Identity Malta ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb li mhux ħati għal frodi ta’ eluf ta’ ewro mill-bejgħ tal-passporti.
Il-każ tar-raġel , li għandu 60 sena, għadda f’idejn il-Pulizija lbiraħtlula wara li stqarrija mill-Gvern kienet tgħid li huwa ammetta li ħa bejn €20,000 u €25,000 minn fondi fi-taqsima tal-passaporti.
L-ammont imsemmi kien instab nieqes meta wieħed jgħodd l-irċevuti u t-tranżazzjonijiet bankarji ta’ Identity Malta.
Dakinhar huwa kien offra li jagħti l-flus lura bil-kundizzjoni li l-każ ma jmurx għand il-Pulizija, iżda  s-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli saħqet  li l-ebda abbuż mhu se jiġi ttollerat u għaddiet il-każ f’idejn il-Pulizija.
Huwa ġie akkużat fil-Qorti bi mmaniġġjar ħażin ta’ flus, frodi u  falsifikazzjoni ta’ dokumenti, liema offiżi ggravaw ruħhom meta tqies li huwa uffiċjal pubbliku.
Il-frodi akkużat bihom jammontaw għal €5,000 minn bank lokali u €5,000 oħra li żamm għalih b’danni għal Identity Malta.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, Calleja, li ġie sospiż minn xogħlu, weħel ukoll multa ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.