Filmat: Rebħa għall-PL b’55% – Joseph Muscat

Read in English.

Il-Partit Laburista kompla jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu fost il-Maltin fejn jidher li żied fuq il-maġġoranza tal-2017. Ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li jidher li r-rebħa hija ta’ 55%. Madankollu, aktar kmieni l-ewwel indikazzjonijiet kienu juru li d-distakk proġettat bejn iż-żewġ partiti kien ta’ 54,000 favur il-Partit Laburista.

L-indikazzjonijiet qed juru li l-Partit Laburista kien b’saħħtu fin-naħa t’isfel ta’ Malta, filwaqt fuq id-distretti 10 u 12, il-vot naqas b’detriment għall-Partit Nazzjonalista.

LIVE: X’inhu għaddej fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar?

L-atmosfera fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti xegħlet għall-ħabta tat-11.15am xħin kien ċar li l-Partit Laburista kien kiseb l-maġġoranza bil-folla tgħajjat ‘Viva Joseph…Viva Joseph Viva l-Labour.’

Għalkemm għadu mhux ċar b’kemm huwa d-distakk, jidher illi d-distakk huwa wieħed kbir li jista’ saħansitra jlaħħaq l-54,000.

L-attività fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti bdiet ilbieraħ filgħaxija, wara li bdew jġu jaslu l-kaxxi fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Minn hemmhekk, il-kaxxi bdew jinfetħu. Il-poloz tal-voti bdew jiġu magħduda fid-09.30, sagħtejn wara li kien proġettat wara li l-voti ntefgħu wiċċhom ‘il fuq u tpoġġew fl-iskener.