Blockchain se joħloq rokna ekonomika ġdida – PM Muscat

Palladium, kumpanija tal-blockchain ibbażata f’Malta, illum qed tniedi l-ewwel Initial Convertible Coin Offering (ICCO) fid-dinja, li hija kompletament regolata, u għalhekk toffri serħan lill-moħħ l-investituri kif ukoll tiżviluppa l-interess fil-futur tal-muniti virtwali.

Huma qed joffru convertible warrants lil investituri tagħhom, fejn huma jixtru tokens li mbagħad jistgħu jikkonvertuhom f’ishma ta’ Palladium tliet snin wara d-data tal-ħruġ.

Dan kollu huwa regolat permezz ta’ prospett approvat mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) u soġġett għal regolamenti stretti tal-UE.

Prof. Paolo Catalfamo, fundatur u ċermen ta’ Palladium, qal: “Nistennew li dan il-proġett, li se joħloq aktar minn 100 opportunità ta’ xogħol, ikun punt storiku biex inaqqas id-distakk bejn is-servizzi finanzjarji tradizzjonali u l-cryptocurrencies.” Dan għaliex il-convertible warrant li qed joffru jgħaqqad kemm convertible warrant tradizzjonali kif ukoll tokens ibbażati fuq blockchains.

Żied jgħid li l-pjattaforma Palladium kienet soluzzjoni rivoluzzjonarja għall-akbar ostakli għall-addozzjoni mifruxa crypto: ġestjoni diffiċli ta’ cryptocurrencies u inċertezza regolatorja meta jidħol l-użu tagħhom.

Rahul Sood – fundatur ta’ Unikrn, azzjonist ta’ Palladium, u eks Kap Eżekuttiv ta’ Microsoft Ventures – qal, “Ma jeżisti xejn bħal dan fl-istorja tal-banek jew tal-cryptocurrency”.