L-ewwel għawma tinsab wara l-bieb

Għal min hu kuraġġuż, l-ewwel għawma tinsab fil-qrib.
Dan hekk kif fid-19 ta’ April se jiġi ċċelebrat Jum San Girgor; liema jum se jkun imżewwaq b’pellegrinaġġ u funzjoni, segwiti minn għana, ikel, snajja’, wirjiet u l-ewwel għawma.
Il-pellegrinaġġ, li se jkun akkumpanjat mill-Arċisoqf Charles Scicluna, se jibda mill-kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, jitkompla fil-parroċċa taż-Żejtun fejn titkanta l-miserere u jkompli lejn il-parroċċa l-qadima taż-Żejtun, magħrufa bħala ta’ San Girgor biex tiġi ċċelebrata quddiesa.
Wara l-funzjoni, il-jum ikompli b’attivitajiet f’Marsaxlokk, fosthom bid-daqq tal-prejjem u l-botta u r-riposta, u b’wirjiet tal-artiġjanat tan-newl, fuħħar u bizzilla.
Dan l-avveniment qed jiġi organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti b’kolloborazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.