​L-ewwel Għawdxija li kisbet suċċess fl-Olimpjadi Speċjali

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ltaqa’ ma Maria Pia Saliba, l-ewwel atleta Għawdxija li għamlet suċċess fl-Olimpjadi Speċjali.
Maria Pia rebħet tliet medalji fid-dixxiplina tal-għawm: deheb, fidda u bronż.
Il-Ministru Refalo feraħ lit-tifla u awguralha aktar suċċess. Ħeġġeġ biex aktar persuni b’diżabilità ma jibqgħux lura u jiskopru l-ħiliet tagħhom.
Ritratt: MGOZ – George Scerri