Filmat: L-ewwel eliminat tat-tieni programm

L-ewwel eliminat fit-tieni programm tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent huwa Brad James, kantant, ta’ 27 sena.

Il-wirja tiegħu mill-ewwel ma impressjonatx lil Howard li għafas il-buttuna tal-“X”, segwit minn Maxine Aquilina u wara anki minn Sarah u Ray.

“Kanzunetta li ma nkunx irrid nerġa’ nisma’ darb’oħra f’ħajti,” qallu Howard li saħaq li l-kanzunetta bdiet fuq sieq ħażina għalkemm il-vuċi żviluppat ftit wara, iżda ma dan ma kienx biżżejjed biex jimpressjona l-ġurija li qablu li l-vjaġġ ta’ Brad spiċċa hawn.