L-ewwel eks-Kap ta’ Stat jibda għaddej ġuri f’The Hague

L-eks-President tal-Kosta tal-Avorju, Laurent Gbagbo, beda għaddej ġuri f’The Hague akkużat b’reati ta’ gwerra kontra l-umanità.
L-eks-President wieġeb mhux ħati għall-akkużi li jorbtu mal-gwerra ċivili f’pajjiżu wara li hu tilef l-elezzjoni tal-2010.
Gbagbo hu l-ewwel eks-Kap ta’ Stat li beda għaddej ġuri f’The Hague.
Il-każ mistenni jieħu bejn tlieta u erba’ snin.