L-ewwel edizzjoni ta’ TriGozo Garmin Sprint Triathlon

L-atleti ipparteċipaw bi ħġarhom fl-ewwel edizzjoni ta’ TriGozo Garmin Sprint Triathlon li saret fil-gżira ta’ Għawdex. Kien hemm atleti ta’ etajiet differenti minn żgħażagħ sa adulti.

It-tellieqa tat-Triathlon Sprint tal-Adulti rebaħha Shaun Galea ta’ Pembroke Athleta b’ħin ta’ 1:03:49. Galea kien it-tielet x’ħin ħareġ mill-ilma wara Bernard Sant u Nikol Micallef rispettivament. Hu rnexxielu jaqbiżhom biex b’hekk rebaħ is-sezzjoni tal-irġiel.

Mis-sezzjoni tan-nisa, it-tellieqa intrebħet miċ-Champion Nazzjonali kurrenti Hannah Cutajar b’ħin ta’ 1:08:39. It-tieni u t-tielet post ġew Margaret Seguna, u l-Għawdxija Felicienne Mercieca.

It-tellieqa tar-relay intrebħet mit-tim magħmul minn David Sammut, Jason Vella u Johan Galea b’ħin ta’ 1:05:37.